Andrea Pirlo l-aktar coach attraenti!

Il-coach il-ġdid ta’ Juventus, Andrea Pirlo, ġie vvutat bħala l-iktar coach attraenti tas-Serie A. Dan l-istħarriġ sar minn sit elettroniku tad-Dating bl-isem ta’ “Joyclub” fejn il-mistoqsija kienet waħda ċara – liema hu l-coach tas-Serie A li n-nisa Taljani jaraw bħala l-aktar attraenti?

Fit-tieni post ġie Eusebio di Francesco ta’ Cagliari filwaqt li warajh spiċċa Filippo Inzaghi ta’ Benevento.

Għalkemm Pirlo għadu jrid jagħmel id-debutt uffiċjali bħala coach tal-Bianconeri f’partita kompetittiva, żgur li diġá rebaħ l-Iscudetto tas-sbuħija hekk kif ħafna nisa Taljani jarawh bħala bniedem attraenti. Fil-fatt huwa kiseb 23% tal-preferenzi.

Sadanittant, coaches oħra li ħadu l-voti l-aktar importanti fejn għandu x’jaqsam dehra mir-raba’ post ‘il quddiem kien hemm Gennaro Gattuso, Paulo Fonseca, Antonio Conte u Roberto de Zerbi.

Share With: