Antoine Griezmann irid jitlaq lil Barcelona

Barcelona huma l-iktar club li qed jissemma f’dan is-suq tat-trasferimenti tas-sajf. Il-problema hija li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar id-diriġenti tal-club qed jaħdmu biex ineħħu xi elementi mill-iskwadra milli biex jakkwistaw.

Il-coach Ronald Koeman irid jibda era ġdida u wara li ħa l-konferma li Lionel Messi se jibqa’ mal-club, bdiet ħidma biex jitneħħew players bħal Luis Suarez, Arturo Vidal u oħrajn. Magħhom żdied l-attakkant internazzjonali Franċiż, Antoine Griezmann, għalkemm id-differenza hi li dan tal-aħħar irid iħalli lil Blaugrana.

Hu ġie mwiegħed li jkollu rwol aktar prominenti ladarba jitlaq Messi. Dan kollu ma ġarax u filwaqt li l-istilla Arġentina se jibqa’ fil-Katalunja, Griezmann jista’ jara postu fl-ewwel ħdax li jkun xi ftit jew wisq limitat. 

Attenti għal dak li qed jinqala’ hemm Arsenal, Liverpool u Manchester United li għandhom l-intenzjoni jidħlu fit-taqtiegħa bejniethom biex jakkwistaw is-servizzi tiegħu.

Griezmann ingħaqad ma’ Barcelona matul l-istaġun li għadda u filwaqt li lagħab 35 partita huwa skorja disa’ goals.

Share With: