Anzjana ta’ 91 sena tmut waqt li kienet pożittiva għall-covid-19

Jitilgħu għal 17-il persuni li mietu waqt li kienu pożittivi

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ikkonferma li anzjana ta’ 91 sena mietet waqt li kienet għadha każ attiv bil-Covid-19.

L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid19 fis-26 ta’ Awwissu u ddaħħlet l-isptar Mater Dei fis-6 ta’ Settembru. Hija mietet fl-Isptar Mater Dei tard ilbieraħ filgħaxija.

Hija kellha kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.

Share With: