ARA: Atleta jaqbeż l-avversarju fl-aħħar liwja… jieqaf biex iċedilu “għax kien ħaqqu jerbaħ hu”

Atleta Spanjol qed ikun imfaħħar bla qies fuq is-siti soċjali wara li ssagrifika t-tielet post fl-edizzjoni ta’ din is-sena tas-Santander Triathlon.

L-atleta Brittaniku James Teagle kien mistenni jerbaħ it-tielet post f’din il-kompetizzjoni fi Spanja fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet iżda żbalja f’liwja ftit metri bogħod minn tmiem it-tellieqa.

L-atleta Spanjol Diego Méntrida qabżu, iżda nnota li Teagle kien ħa żball fl-aħħar liwja, b’hekk għażel li jieqaf u jistennih biex ikun jista’ jidħol hu fit-tielet post għax skontu “kien ħaqqu jidħol fit-tielet post”.

Méntrida ġie ppremjat mill-organizzaturi li setgħu jinnotaw l-element sportiv fih u b’hekk irċieva l-istess premju bħal Teagle.

Méntrida żied jgħid li din hija xi ħaġa li għallmuni l-ġenituri u l-klabb li nitrennja miegħu sa minn meta kont ċkejken.

Share With: