ARA: Il-mument meta nsterqu żewġ barbaġanni mill-Buskett

VANDALIŻMU U SERQ FIL-PROĠETT TAL-BARBAĠANN TAL-FKNKFtit tal-jiem biss wara li l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba…

Posted by Federazzjoni Kaccaturi Nassaba Konservazzjonisti – FKNK on Tuesday, September 8, 2020

Ftit tal-jiem biss wara li l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) nehdiet it-tielet u l-aktar fazi importanti tal-Proġett tal-Barbaġann li għanda fil-Ġonna tal-Buskett, persuna/i mhux magħrufa wettaq/wettqu ħsara biex daħal/daħlu f’guva tal-Proġett.

Meta dalgħodu l-persuna inkarigata tal-FKNK marret biex tagħlef il-barbaġann, skopriet il-ħsara u li żewġ barbaġanni mill-ħamsa li kien hemm fil-guva kienu nieqsa.

Il-FKNK għamlet rapport l-għassa tar-Rabat, fejn ukoll ġie ppreżentat klip mill-filmat tal-kameras CCTV li jinstabu installati ġol-guva u bnadi oħra, biex tgħin lill-pulizija fl-investigazzjonijiet tagħhom. 

Il-FKNK qed t’appella lil kull min jista’ għandu xi nformazzjoni sabiex jgħaddiha lill-pulizija.

Share With: