ARA: Jiġġarraf ajruplan militari Ukren li kien qiegħed iġorr 27 kadett waqt taħriġ militari… Imutu 22 minn dawk abbord

Matul il-lejl, ajruplan militari Ukren tat-tip Antonov-26 iġġarraf fil-Lvant tal-Ukraina, proprju fil-belt ta’ Kharkiv. L-ajruplan militari kien qiegħed iġorr 27 kadett militari mill-Università ta’ Kharkiv Air Force wara operazzjoni ta’ taħriġ. L-inċident seħħ hekk kif l-ajruplan kien qiegħed jipprepara għall-inżul. 

Sfortunatament, sa issa jidher li din it-traġedja ħassdet il-ħajja ta’ 22 persuna. It-tfittxija għadha għaddejja hekk kif għad hemm numru ta’ persuni li kienu abbord l-ajruplan li għadhom ma nstabux.

Share With: