Arrestat ir-raġel li aggredixxa mara Żvediża waqt li kienet qed tixxemmex fil-Fossa tal-Belt Valletta

Raġel ta’ 36 sena mis-Siġġiewi ġie arrestat wara li allegatament aggredixxa mara Żvediża fil-Belt Valletta waqt li kienet qed tixxemmex fiż-żona magħrufa bħala l-Fossa. L-inċident seħħ nhar il-Ġimgħa li għadda.

Ir-raġel wara ħarab minn fuq il-post.

Wara analiżi tal-filmati tas-sigurtà u investigazzjonijiet oħrajn, ir-raġel ġie identifikat bħala l-aggressur u ġie arrestat.

Huwa mistenni jitressaq il-Qorti għada b’akkużi relatati mal-każ.

Share With: