Arsenal jaħdmu biex ineħħu xi players
Bħalissa Arsenal qed jaħdmu qatigħ f’dan is-suq tat-trasferimenti tas-sajf bid-diriġenti jikkonsultaw kontinwament mal-coach, Mikel Arteta. Fil-veritá, il-Gunners qed jaħsbu biex ineħħu xi plejers mill-iskwadra biex ikollhom fondi biżżejjed u jixtru xi elementi li jistgħu jsaħħu l-iskwadra.
Sead Kolasinac, Matteo Guendouzi u Lucas Torreira huma ferm viċin li jħallu l-Emirates Stadium u jmorru jilagħbu x’imkien ieħor.
Fil-fatt Kolasinac qed jattira lil West Ham United filwaqt li Valencia qed iħarsu b’interess lejn Guendouzi. Finalment kif inhu fatt magħruf, Torreira se jmur jilgħab fis-Serie A Taljana.