Arturo Vidal jagħżel il-flokk numru 22 ma’ Inter

Sar magħruf li l-midfielder Ċilen, Arturo Vidal, li ngħaqad riċentement ma’ Inter, għażel il-flokk numru 22 għal dan l-istaġun. L-ex player ta’ Colo Colo, Bayer Leverkusen, Juventus, Bayern Munich u Barcelona, ingħaqad uffiċjalment man-Nerazzurri b’Inter iħallsu s-somma ta’ €1 miljun flimkien ma’ xi bonuses oħra.

Il-player Sudamerikan xtaq in-numru 23 iżda dan il-flokk huwa proprjetá ta Nicolo Barella.

Vidal deher kuntent mal-wasla tiegħu f’Milan hekk kif se jerġa’ jaħdem mal-coach, Antonio Conte.

Dan tal-aħħar jittama li fi tmiem il-ġimgħa li ġej, kontra Fiorentina, il-players juru aktar konsistenza biex jissieltu għall-akbar unur … il-kampjonat Taljan. 

Share With: