Arturo Vidal viċin Inter

Il-midfielder ta’ Barcelona, Arturo Vidal, se jingħaqad ma’ Inter matul il-ġimgħa d-dieħla. Dan wara li laħaq ftehim mal-Blaugrana sabiex itemm il-kuntratt tiegħu.

Vidal kellu djalogu mal-coach il-ġdid Ronald Koeman u dan tal-aħħar qallu li aħjar ifittex club ieħor minħabba li mhux fil-pjani tiegħu għall-istaġun li ġej.

Il-ftehim bejn l-aġent ta’ Vidal u d-direttur sportiv Giuseppe Marotta huwa kważi lest u jonqos biss l-aħħar formalitajiet sabiex jaslu għalih.

Din hi aħbar tajba għall-coach ta’ Inter, Antonio Conte, li se jerġa’ jingħaqad miegħu wara l-perjodu meta kien imexxih ma’ Juventus.

Minkejja li Vidal se jkun meqjus bħala aġent ħieles, Barcelona se jkunu qed jitolbu kumpens żgħir lil Inter biex it-trasferiment iseħħ bla xkiel.

Share With: