Atalanta jridu lil Davide Zappacosta

Id-diriġenti ta’ Atalanta qed jitkellmu ma’ dawk ta’ Chelsea bil-possibbiltá li jakkwistaw il-firma tad-difensur internazzjonali Taljan, Davide Zappacosta. L-intenzjoni ta’ “La Dea” hi dik li fl-ewwel staġun tiegħu, Zappacosta jmur b’self sabiex eventwalment jittantaw jixtruh 12-il xahar ieħor. 

Zappacosta għadu kemm temm perjodu ta’ self ma’ Roma fejn kien xi ftit jew wisq sfortunat li weġġa’ u għamel xi żmien barra mil-logħob.

Zappacosta għandu 28 sena u jilgħab bħala difensur lemini. Huwa kien irreġistrat ma’ Atalanta fis-sena 2011 qabel ma’ ngħaqad ma’ Torino ftit tas-snin wara. Huwa ngħaqad ma’ Chelsea fis-sena 2017 għas-somma ta’ €25 miljun.

Share With: