Attakkant ieħor ma’ Tottenham?
Tottenham Hotspur se jkunu qed jiffirmaw attakkant ieħor li jista’ jaqbel sew mal-aħħar akkwisti tagħhom Gareth Bale u Sergio Reguilon.
Wara bidu ferm diżappuntanti bit-telfa f’darhom kontra Everton fil-Premier Ingliż, il-coach Jose Mourinho jrid iktar saħħa fit-team u għalhekk talab lid-diriġenti tiegħu sabiex jagħmlu sforz żejjed.
Spurs qed jevalwaw il-progress ta’ erba attakkanti prolifiċi u dawn huma Alexander Sorloth, Andrea Belotti, Arkadiusz Milik u Joshua King li kollha huma kkunsidrati bħala akkwisti potenzjali.
Id-diriġenti ta’ Tottenham wegħdu lill-partitarji tagħhom li se jaħdmu biex it-team jikseb l-objettivi tiegħu staġjonali billi jkompli jsaħħaħ it-team.