Aurelio De Laurentis iwieġeb għall-kritika

Wara li ilu jirċievi kritika kbira għal dawn l-aħħar jiem, il-president ta’ Napoli Aurelio De Laurentis insista li hu ma kien qed iħoss l-ebda sintomi qabel il-laqgħa li kellu l-Erbgħa fil-għaxija mad-diriġenti tal-Lega Serie A.

Il-Partenopei ħabbru li l-president Naplitan ittestja pożittiv għall-Covid-19. Ħafna akkużawh b’irresponsabbiltá u li poġġa lil ħaddieħor f’riskju li jista’ jlaqqat il-virus.

De Laurentis saħaq li kieku kien jaf li kellu l-virus, żgur li ma kienx imur għal din il-laqgħa. Huwa qal li mhux se jkun daqshekk irresponsabbli li jagħmel dan filwaqt li kkritika lil dawk li vvintaw affarijiet xejn sbieħ fuqu. 

Il-Kampjonat tas-Serie A Taljan se jibda fid-19 ta’ Settembru u dawk kollha li attendew għal din il-laqgħa qed jiġu ttestjati u potenzjalment ikollhom joqogħdu f’iżolament bħala miżura ta’ prekawzjoni.

Share With: