Aurelio De Laurentis iwissi lil UEFA

Il-president ta’ Napoli Aurelio de Laurentis wissa lil UEFA li lest joħloq paniku kbir jekk il-players tiegħu jirritornaw pożittivi għall-Covid-19 wara l-waqfa internazzjonali tat-timijiet nazzjonali.

Fil-fatt bħalissa qed jintlagħbu l-ewwel logħbiet mill-UEFA Nations League fejn fost l-oħrajn intlagħbet partita bejn it-team nazzjonali Taljan u dak tal-Bosnja li ntlagħbet fi Stadio Artemio Franchi ta’ Firenze. 

De Laurentis qal li mhux kuntent li l-players tiegħu marru jilagħbu dawn il-logħbiet internazzjonali speċjalment f’mument meta bdew il-pre-season tagħhom. 

Il-president kontroversjali tal-Partenopei qal li hu diġá għandu kwistjoni mal-UEFA u jekk jinqala’ xi ħaġa lest li jagħmel “waħda tinkiteb”. Huwa qal li ħadd m’hu se jwaqqfu milli jesprimi l-opinjoni tiegħu.

Share With: