Aurelio De Laurentis qed jirkupra bil-mod

Aħbarijiet tajba ġejjin minn Napoli fejn il-kundizzjoni tal-president Aurelio de Laurentis marret għall-aħjar. De Laurentis beda jirkupra bil-mod wara li fil-jiem li għaddew instab pożittiv għal COVID-19. Huwa qatt ma mar l-isptar u qed iqatta’ l-perjodu ta’ iżolament f’daru stess. 

Sadanittant bejn illum u għada, il-president ta’ 71 sena se jkun qed isirlu swab test ieħor sabiex jiġi determinat jekk għadux pożittiv għall-virus.

Sar magħruf ukoll li l-istess De Laurentis qed jaħdem qatigħ minn daru permezz tal-internet u laqgħat virtwali f’żewġ setturi li tant hu attiv fihom …. il-football u ċ-ċinema.

Share With: