Barcelona għadhom jiġru wara Lautaro Martinez

Barcelona għadhom ma qatgħux qalbhom li jistgħu jaslu għall-attakkant Arġentin, Lautaro Martinez, u eventwalment jakkwistawh mingħand Inter.

Minkejja kollox, id-diriġenti Katalani bħal donnhom qed jaqtgħu qalbhom minn din il-possibbiltá minħabba li l-affari qed tkarkar ħafna.

Fil-fatt Lautaro ilu msemmi li jista’ jingħaqad mal-Katalani sa minn żmien li l-football kien wieqaf minħabba l-Covid-19 iżda xorta ma ntlaħaq l-ebda ftehim.

Jidher li l-intopp ġej min-naħa ta’ Inter minħabba li mhux beħsiebhom iċedu pulzier mill-prezz tiegħu. Fil-fatt il-club min-naħa ta’ fuq tal-Italja qed jitlob madwar €70 miljun għalih b’Barcelona qed jinnegozjaw għal prezz irħas. 

Barcelona qed ifittxu attakkant ġdid wara li Luis Suarez ukoll mhux se jkun parti mit-team li jilgħab fin-Nou Camp.

Share With: