Barcelona jerġgħu jippruvaw għal Lautaro Martinez

L-aġenti ta’ Lautaro Martinez jinsabu fil-belt ta’ Barcelona biex jiddiskutu offerta oħra għal xi tip ta’ trasferiment fin-Nou Camp.

Dawn in-negozjati damu jkaxkru x-xhur fejn qatt ma ntlaħaq xi forma ta’ ftehim. Min-naħa tagħhom, Inter ma jixtiqux li l-player tagħhom imur jilgħab fil-La Liga Spanjola.

Sadanittant, l-aġenti Beto Yaque u Rolando Zarate qed jippruvaw jisimgħu x’għandhom xi jgħidulhom id-diriġenti Katalani u jaraw kif jistgħu jagħmlu dan it-trasferiment realtá.

Hekk kif l-attakkant veteran Luis Suarez huwa viċin li jħalli lill-Blaugrana, bdiet ħidma biex jinstab attakkant prolifiku u Martinez jista’ jkun is-soluzzjoni.

Share With: