Bċejjeċ tal-baħar jinkaljaw fuq il-bajjiet … bosta sidien jieħdu l-prekawzjonijiet

Kull min għadda minn Triq il-Kosta kmieni dalgħodu ra xena mhux tas-soltu għax-xhur tas-Sajf anke jekk f’dan iż-żmien tas-sena mhix xi eċċezzjoni. Filmat li beda jiċċirkola dalgħodu kien juri dgħajsa li nkaljat mal-blat fil-limiti ta’ Baħar iċ-Ċagħaq.

Aktar tard beda jiċċirkola wkoll filmat ta’ yacht li nkalja fuq ir-ramel fl-Għadira.

Intant f’dan il-perjodu tas-sena fejn tkun mistennija l-ewwel maltempata, b’diversi siti meterjoloġiċi jbassru l-ewwel xita, bosta jkunu dawk li jieħdu l-prekawzjonijiet biex jew jorbtu sewwa l-bċejjeċ tal-baħar jew jieħdu ħsieb itellgħuhom fuq l-art (anke jekk dan jirrikjedi biċċa xogħol li jaf tkun tax-xejn bit-temp jissaporti aktar ġranet ta’ bnazzi).

Share With: