Bernard Grech kien instab ħati b’disprezz lill-Qorti

Il-kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista l-Avukat Bernard Grech matul is-sena li għaddiet kien ordnat iħallas €200 wara li kien instab ħati ta’ disprezz lill-Qorti. Dan joħroġ minn dokumenti li Inewsmalta rat. Is-seduta inkwistjoni li għaliha Grech instab ħati b’disprezz tmur lura għall-4 ta’ Ottubru tas-sena li għaddiet, meta ma deherx għal seduta mingħajr ma informa lill-Qorti. Matul dawn l-aħħar ġimgħat qabel l-elezzjoni għat-tmexxija tal-PN fit-3 ta’ Ottubru li ġej, Grech spiċċa fil-mira ta’ kritika ħarxa minħabba kwistjoni ta’ taxxa u VAT mhux imħallsa. Biex jirregolarizza ruħu, anke fid-dawl tal-elezzjoni għat-tmexxija tal-Partit, Grech ħallas madwar €30,000 f’taxxi mhux imħallsa. Huwa mifhum li … Continue reading Bernard Grech kien instab ħati b’disprezz lill-Qorti