Bernard Grech se jkompli bil-kampanja elettorali tiegħu wara li reġa’ rriżulta negattiv

Il-kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech reġa’ rriżulta negattiv għal test ieħor għall-coronavirus.

Dan kien it-tieni test negattiv li għamel Grech wara test ieħor li sarlu nhar l-Erbgħa li għadda u wara li kien iżolat b’mod prekawzjonali.

Fuq parir tal-professjonisti mediċi li qed jassistuh, Bernard Grech issa jista’ jkompli bil-kampanja elettorali għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN.
Intant il-mara tiegħu, Annemarie, għadha fi kwarantina u tinsab fi stat tajjeb ta’ saħħa.

Share With: