Bidu eċċellenti għas-sitt edizzjoni tal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport

Is-sitt edizzjoni tal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport kellha bidu eċċellenti, bl-avveniment nazzjonali ewlieni jkun organizzat minn SportMalta, il-koordinatur naz­zjonali tal-avveniment f’Malta. 

Dan l-avveniment qed isir madwar l-Ewropa kol­lha fejn dan l-avveniment sar fuq jumejn fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop.

L-avveniment iffoka fuq numru ta’ kompetizzjonijiet sportivi ta’ timijiet u individwi b’kollaborazzjoni bejn l-assoċjazzjonijiet  rispettivi, individwi u clubs.

L-isport inkluda kampjonat tal-football għal tfal taħt it-13-il sena, avveniment tal-basketball 3×3, kompetizzjoni tal-volleyball li saret fuq jumejn, kampjonati miftuħa tal- weightlifting, sessjoni ta’ taħriġ tal-judo bil-parteċipazzjoni ta’ diversi judokas inkluż it-team nazzjonali, mini moto, go karting, wirja ta’ drag racing, snooker, line dancing b’aktar minn 100 żeffien, ġinnastika mill-akkademja ta’ SportMalta, tournament tal-badminton, logħbiet ta’ esibizzjoni tat-table tennis, tournament tal-handball tan-nisa u l-irġiel, kompetizzjoni tat- table football, mini polo għal tfal taħt il-11-il sena, qdif ġewwa u għall-ewwel darba u kompetizzjoni tal- football e-sport.

Kien hemm ukoll attivitajiet organizzati minn Special Olympics Malta, inklużi logħob tal-boċċi. Kien hemm ukoll ses­sjonijiet għal aqua fitness.

Il-parteċipanti kollha ngħataw diversi rigali, bil- logos Beactive, li kienu jinkludu xugamani, back packs, fliexken tal-ilma, maskli tal-wiċċ, flokkijiet u aktar biex jintużaw matul is-sena kollha.

L-Onorevoli Clifton Grima żar l-avvenimenti flimkien ma’ Mark Cutajar, kap eżekuttiv ta’ SportMalta.

L-Onorevoli Grima qal li kien impressjonat bl-orga­nizzazzjoni u l-parteċipaz­zjoni u dan iħeġġiġna biex naħdmu aktar. Huwa rringrazzja lill-impjegati ta’ SportMalta għall-impenn tagħhom.

Is-Sur Cutajar qal li għalkemm dawn l-avvenimenti ġraw mingħajr par­teċipazzjoni tal-pubbliku, l-entużjażmu kien eċċellenti u kienet il-kollaborazzjoni tajba bejn l-entità, l-aktar id-dipartiment tal-avvenimenti u l-impjegati ta’ Ħal Kirkop u l-Kottonera, Segretarjat għall-Isport, Assoċjazzjonijiet, il-Kulleġġ San Benedittu u l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika, li dan l-avveniment seta’ jkun suċċess fiċ-ċirkostanzi.

L-avveniment li jmiss se jkun il-lejl BeActive li se  jsir, fis-26 ta’ Settembru, fil-Kumpless Sportiv tal- Kottonera u se jkun attività b’16-il personalità lokali jikkompetu kontra xulxin permezz ta’ eżerċizzji ta’ fitness. Dan l-avveniment se jiġi mxandar dirett fuq TVM2, fid-8.45 pm.

Għal aktar informazzjoni, żewġ websites uffiċjali  qed jiġu aġġornati kontinwament.

Dawn huma: www.maltabeactive.com u www.sportmalta.org.mt.

Share With: