Birkirkara jiffirmaw lil Alex Da Paixao Alves

Birkirkara akkwistaw lill-winger Brażiljan ta’ 27 sena Alex da Paixao Alves mingħand Al Akhdoud Club tal-Arabja Sawdita.

Da Paixao Alves mhuwiex wiċċ ġdid għal Malta fejn wara li kien inġieb f’pajjiżna minn Tarxien Rainbows fl-2015, sentejn wara huwa ngħaqad ma’ Balzan.

Qabel ma ġie jilgħab f’Malta, il-Brażiljan lagħab ma’ Bahia de Feira, Ferroviario, Oeest, Colo Colo u Parnahyba fil-Brażil.

Share With: