Borja Valero lura ma’ Fiorentina?

Il-player ta’ nofs il-ground ta’ Inter, Borja Valero, huwa ferm viċin li jingħaqad ma’ Fiorentina. Dan jista’ jkun ritorn għalih wara li diġá kellu esperjenza ta’ ħames snin bejn l-2012 u l-2017. Dak iż-żmien huwa kien skorja 14-il goal f’165 partita f’esperjenza ferm konvinċenti.

Ma’ Inter,  Valero kellu l-mumenti tiegħu kif ukoll iż-żminijiet diffiċli. Il-coach tan-Nerazzurri, Antonio Conte, qal li Valero m’għandux postu ċert fl-iskwadra tiegħu u jkun aħjar li jfittex avventura ġdida.

Fiorentina huma favorevoli għal dan it-trasferiment u għalhekk jidher li fadal biss l-aħħar dettalji sabiex dan kollu jsir realtá.

Share With: