Chelsea lesti jagħtu b’self lil Callum Hudson-Odoi

Chelsea jinsabu lesti  jagħtu b’self lill-winger tagħhom Callum Hudson-Odoi.

Huwa għandu 19-il sena u qed isibha diffiċli jsib postu fl-ewwel ħdax tal-coach, Frank Lampard. Hekk kif players ġodda qed jissieħbu fl-iskwadra tal-Blues, iċ-ċansijiet tiegħu għall-istaġun li ġej donnhom li iktar se jitnaqqsu u għaldaqstant kien l-istess Lampard li ssuġġerielu li jmur b’self ma’ club ieħor.

Il-coach tal-Pensioners jinsab konvint li bis-saħħa ta’ din l-avventura l-ġdida, Odoi jista jkompli jiżviluppa l-ħiliet tiegħu filwaqt li jilgħab football regolari.

Il-player internazzjonali Ingliż lagħab 34 darba sa minn meta ngħaqad ma’ Chelsea fis-sena 2017 u skorja goal wieħed biss.

Share With: