Chelsea se jġeddu l-kuntratt ta’ Michy Batshuayi

Chelsea se joffru estensjoni fil-kuntratt lill-attakkant tagħhom Michy Batshuayi. Dan tal-aħħar għandu 26 sena u hu ta’ nazzjonalitá Belġjana. Hekk kif il-kuntratt tal-eks player ta’ Standard Liege, Marseille, Borussia Dortmund, Valencia u Crystal Palace, jiskadi f’Ġunju li ġej, l-intenzjoni tal-ogħla awtoritajiet tal-club minn Londra hi dik li jħallu lil dan il-player għad-dispożizzjoni tal-coach Frank Lampard. L-għan ta’ Chelsea hu li ma jkunx hemm  clubs li jitħajru jiksbu s-servizzi tiegħu u għalhekk iddeċidew li jagħmlulu kuntratt.

Min-naħa tiegħu Batshuayi huwa favorevoli għal dan il-ftehim. Huwa ilu mal-Blues sa mis-sena 2016 fejn lagħab 48 partita u skorja tmien goals.

Share With: