Chris Smalling viċin ritorn ma’ Roma

Id-difensur internazzjonali Ingliż Chris Smalling huwa ferm viċin li jirritorna jilgħab ma’ AS Roma fuq bażi permanenti. Fil-fatt id-diriġenti tal-club mill-belt kapitali Taljana huma lesti jaċċettaw li jħallsu s-somma ta’ €12-il miljun għalih. 

Il-player ta’ 30 sena qatta’ l-istaġun li għadda b’self mal-Giallorossi u spikka ferm fit-30 partita li lagħab. Hu skorja tliet goals filwaqt li kien kolonna fid-difiża Romanista.

Minkejja li Smalling irritorna f’Old Trafford, huwa tħarreġ biss darbtejn mal-iskwadra u falla xi sessjonijiet oħrajn. Dan kollu juri li Smalling se jkun ikkunsidrat bħala ex player tar-Red Devils.

Din kienet aħbar tajba għall-partitarji Giallorossi li jarawh bħala l-idolu tagħhom.

Share With: