Ciro Immobile jġedded ma’ Lazio

L-attakkant internazzjonali Taljan, Ciro Immobile, iffirma kuntratt ieħor ma’ Lazio li jżommu fil-belt kapitali Taljana sas-sena 2025. Fl-ewwel kummenti tiegħu wara dan il-ftehim ġdid, Immobile deher sodisfatt li ġedded iż-żmien tiegħu mal-Biancocelesti.

Il-player ta’ 30 sena ilu jilgħab fi Stadio Olimpico sa mis-sena 2016 fejn skorja 103 goals f’142 partita.

Dan l-iffirmar mill-ġdid tal-kuntratt xejjen kull spekulazzjoni li Immobile seta’ jmur  jilgħab x’imkien ieħor.

Fil-karriera tiegħu Immobile lagħab ma’ diversi clubs fosthom Siena, Genoa, Torino, Borussia Dortmund u Sevilla. Hu lagħab 39 partita mat-team nazzjonali Taljan u skorja għaxar goals.

Share With: