Clyde Borg jiffirma kuntratt ta’ sena ma’ Gzira United

Ftit jiem biss wara li għamel id-debutt tiegħu ma’ Senglea Athletic, il-midfielder ta’ 28 sena Clyde Borg ħalla lil dan il-club u ffirma kuntratt ta’ sena ma’ Gzira United. Borg huwa player ta’ esperjenza wiesa’ fil-Kampjonat Premier, meta lagħab aktar minn 200 logħba ma’

Floriana, waqt li huwa l-aktar player li qatt lagħab mal-Greens fil-Premier.

 

Hu rebaħ dak kollu li għandu x’joffri l-football Malti mal-Greens fosthom il-Kampjonat Premier, l-FA Trophy u s-Super Cup.

Share With: