Cristian Romero jingħaqad b’self ma’ Atalanta

Id-difensur Arġentin Cristian Romero ħalla lil Juventus biex jingħaqad ma’ Atalanta. Dan it-trasferiment seħħ fuq bażi ta’ self u l-player ta’ 22 sena se jkun qed jilbes il-flokk tal-Bergamaschi għaż-żewġ staġuni li ġejjin. Jekk il-player ikollu wirjiet tajbin f’dan iż-żmien, huma għandhom l-għażla li jixtruh għal kollox.

Romero ingħaqad maċ-champions Taljani mingħand Genoa u nxtara għas-somma ta’ €26 miljun. Huwa jilgħab bħala difensur ċentrali għalkemm kapaċi jaqdi l-irwol tiegħu man-naħa leminija tal-ground.

Il-player Sudamerikan kien qed jissemma’ anke ma’ Roma u Arsenal iżda fl-aħħar mill-aħħar għażel li jmur mal-club min-naħa ta’ fuq tal-Italja.

Share With: