Cristiano Biraghi jġedded ma’ Fiorentina

Id-difensur xellugi Cristiano Biraghi ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Fiorentina sa Ġunju 2024 wara li rritorna mat-team li jilgħab fi Stadio Artemio Franchi. F’dawn l-aħħar xhur huwa kien misluf lil Inter fejn lagħab 26 partita u skorja żewġ goals.

Jidher li wara laqgħa li kellu r-rappreżentant tal-player mad-diriġenti tal-Viola, intlaħaq ftehim biex il-player ta’ 28 sena  jiffirma kuntratt għall-erba’ snin li ġejjin.

Biraghi rċieva wkoll telefonata mingħand il-coach Giuseppe Iachini li nfurmah li xtaq li jagħti s-servizz tiegħu lill-club. Dan tal-aħħar ftit qagħad jaħsibha u ffirma din l-estensjoni li se żżidlu wkoll is-salarju tiegħu.

Share With: