Cristiano Ronaldo nieqes mill-iskwadra Portugiża

Is-Sibt waqt il-logħba bejn il-Portugall u l-Kroazja ma deherx l-istilla Cristiano Ronaldo li kien nieqes minħabba uġigħ partikolari. Fil-fatt il-player ta’ 35 sena niggżitu nemusa waqt is-sessjoni ta’ taħriġ li kellu mat-team tiegħu.

Għall-bidu l-player ma ħass xejn u baqa’ għaddej jitħarreġ taħt il-gwida tal-coach Fernando Santos. Minkejja kollox, ftit tas-sigħat wara, siequ l-leminija intefħet mhux ħażin tant li ma kienx komdu biex ikompli jimxi.

Wara li ġie eżaminat mill-istaff mediku tat-team nazzjonali Portugiż, ġie stabbilit li l-player qed ibati minn infezzjoni f’siequ. Immedjatament il-coach Fernando Santos neħħieħ mill-iskwadra. Il-Portugall rebħu din il-logħba bl-iskor ta’ 4-1. 

Share With: