Crystal Palace favoriti li jiffirmaw lil Rhian Brewster

Crystal Palace jinsabu favoriti li jiksbu s-servizzi tal-attakkant ta’ Liverpool, Rhian Brewster għas-somma ta’ €20 miljun.

Il-player żagħżugħ ta’ 20 sena jinsab ħerqan biex jitlaq minn Anfield speċjalment għall-fatt li qed isibha diffiċli jsib postu fl-ewwel ħdax ma ta’ Jurgen Klopp. L-għan tiegħu hu li jsib club li jiggarantilu football regolari u għalhekk Crystal Palace jistgħu jkunu s-soluzzjoni tiegħu. Minkejja kollox, dawn tal-aħħar iridu joqogħdu attenti mill-avvanzi li qed jagħmlulu Sheffield United u West Bromwich Albion li wkoll jinsabu interessati fih.

Sadanittant id-diriġenti ta’ Liverpool qed jaħsbu biex ikomplu jneħħu xi plejers li mhumiexx fil-pjani ta’ Klopp u dawn huma Divock Origi, Marko Grujic u Harry Wilson.

Share With: