Dani Ceballos jevalwa l-futur tiegħu

Arsenal mhux se jkollhom l-għażla li jixtru lil Dani Ceballos mingħand Real Madrid anke jekk jerġa’ jiġi mogħti b’self għat-tieni sena konsekuttiva.

Ceballos għandu 24 sena u jidher li se jerġa’ jiġi kkonfermat mill-Gunners wara li impressjona ferm lill-coach Mikel Arteta.

Min-naħa ta’ Real Madrid, dawn iridu jħalluh jibqa’ jieħu l-esperjenza fl-Emirates Stadium biex eventwalment fil-futur jingħaqad magħhom u jkun preparat mal-ewwel ħdax tat-tim.

Ceballos lagħab 24 partita mal-Gunners iżda naqas milli jiskorja. Hu lagħab ukoll ma’ Real Betis qabel ma’ ġie trasferit ma’ Real Madrid fis-sena 2017.

Share With: