Danny Rose viċin Genoa

Id-difensur internazzjonali Ingliż, Danny Rose, se jkun qed iħalli lil Tottenham Hotspur biex jingħaqad ma’ Genoa fis-Serie A Taljana.

Il-player ta’ 30 sena litteralment ġie mneħħi mill-iskwadra ta’ Spurs u bħal donnu l-coach Jose Mourinho mhux qed iqisu bħala parti mill-pjan tattiku tiegħu għal dan l-istaġun li għadu kemm beda.

Min-naħa tiegħu Rose jixtieq ibiddel l-iskwadra u jibda avventura ġdida. Minkejja li l-Grifoni mhux team daqshekk rinomat, Rose xorta jixtieq jingħaqad magħhom minħabba li jrid jilgħab football aktar regolari.

Rose ilu ma’ Tottenham sa mis-sena 2007 għalkemm għamel ħafna staġuni misluf ma’ timijiet oħra. Hu lagħab 156 partita u skorja tmien goals.

Share With: