David Beckham irid lil Gonzalo Higuain

Is-sid ta’ Inter Miami, David Beckham, ikkuntattja personalment lill-attakkant internazzjonali Arġentin, Gonzalo Higuain, biex jissieħeb magħhom. L-ex player ta’ Manchester United u Real Madrid, li waqqaf dan il-club li jilgħab fil-Major League Soccer Amerikana, qed jara l-possibbiltá li jinkludi lill-attakkant ta’ Juventus li ma jinsabx fil-pjani tal-coach, Andrea Pirlo, għall-istaġun li ġej.

Minkejja kollox, Beckham qed jara li l-uniku punt li jista’ jxekkel dan it-trasferiment huwa proprju s-salarju tal-player li jidher wieħed ferm għoli. Fil-fatt El Pipita qed jaqla’ €7.5 miljun fil-preżent ma’ Juventus.

Gonzalo Higuain ingħaqad ma’ Juventus fl-2016 fejn lagħab 105 partiti u skorja 48 goal. Fil-karriera tiegħu huwa lagħab ukoll ma’ River Plate, Real Madrid, Napoli, Milan u Chelsea.

Share With: