Debutt tal-ħolm għal Haley Bugeja ma’ Sassuolo

Debutt tal-ħolm għat-talent Malti fil-footbol tan-nisa, Haley Bugeja!

F’partita li ntlagħbet is-Sibt fil-għaxija, Bugeja skorjat żewġ goals tal-istampi fl-etá ta’ 16-il sena, ma’ Sassuolo fir-rebħa ta’ 3-1 fuq Napoli, fis-Serie A Taljana. 

Bugeja ġabet l-iskor indaqs fil-41 minuta, hekk kif rebħet ballun fil-kaxxa l-kbira, u b’teknika kbira, qabżet lill-players avversarji, u tefgħet il-ballun fir-rokna tax-xibka. Fit-tieni taqsima, bl-iskor 2-1 favur Sassuolo, Bugeja reġħet skorjat goal ieħor biex issiġillat ir-rebħa għan-Neroverdi permezz tat-tielet goal.

Dan il-goal kien kważi fotokopja tal-ewwel wieħed, iżda iktar spettakolari, hekk kif qabżet lill-avversarji tagħha u kkonkludiet fis-saqaf tax-xibka.

Il-kummentaturi Taljani li kkumentaw il-partita fuq Sky Sport Italia, kellhom kliem ta’ tifħir għat-talent Malti, u kienu ferm sorprizi li l-Maltija għad għandha biss 16-il sena.

Share With: