Delia u Grech jieħdu sehem fl-uniku dibattitu fl-uniku dibattitu qabel l-elezzjoni għal Kap Nazzjonalista

Hekk kif żvolġa l-uniku dibattitu bejn Adrian Delia u Bernard Grech qabel l-elezzjoni għal kap Nazzjonalista, iż-żewġ kandidati saħqu li m’għandhom l-ebda problemi fir-rigward ta’ taxxa. Dan minkejja li Delia ammetta li għad baqagħlu jħallas mas-€60,000 f’taxxi, u Grech jgħid li kien biss riċentament li huwa kien ħallas it-taxxi pendenti tiegħu.

Iż-żewġ kandidati tkellmu wkoll dwar l-għaqda fil-partit. Madankollu Delia emfasizza li dawk fil-Partit Nazzjonalista li qed jigdbu u jfixklu l-ħidma tal-Partit m’għandhomx jitħallew ikompu jagħmlu dan. Grech min-naħa l-oħra saħaq li l-għaqda tirrikjedi li wieħed jirrispetta l-opinjoni ta’ kulħadd.

Fl-istess waqt Grech qal li huwa kruċjali li l-partit jagħmilha ċara lin-nies li huma jinsabu fil-qalba tal-PN. Dan filwaqt li Delia tenna li l-Partit għandu jirrikonoxxi l-iżbalji passati tiegħu.

Iż-żewġ kandidati kkritikaw lill-Gvern fuq it-tema tal-iżvilupp, fejn qalu li l-Gvern m’għandux pjan fir-rigward ta’ dan il-qasam, bil-pajjiż li qed iħallas għal din in-nuqqas ta’ viżjoni.

Delia temm billi qal li jinsab konvint li l-PN jista’ jkun alternattiva għall-Gvern preżenti. Min-naħa l-oħra Grech temm billi qal li l-Partit Nazzjonalista għandu jkun kredibbli biex jirbaħ l-elezzjoni ġenerali minħabba li l-pajjiż jeħtieġlu Gvern li jnaddaf ir-reputazzjoni tiegħu.

Share With: