Diego Godin viċin li jingħaqad ma’ Cagliari

Id-difensur ta’ Inter, Diego Godin, jinsab ferm viċin li jingħaqad ma’ Cagliari. Il-player internazzjonali Urugwajan irid dan it-trasferiment mill-aktar fis possibbli biex jipprova jerġa’ jagħti ħajja lill-karriera tiegħu wara f’dawn l-aħħar xhur kemm ilu man-Nerazzurri ftit wera l-logħob tipiku tiegħu.

Anke n-Nerazzurri qed jaħsbu sabiex ineħħu lil dan il-player u saħansitra offrewlu li l-ewwel parti tas-salarju tiegħu jibqa’ jitħallas sa ma jingħaqad kompletament mal-club mill-gżira ta’ Sardenja. 

Godin għandu 34 sena u jilgħab bħala difensur ċentrali. Cagliari jista’ jkun is-sitt club tal-karriera tiegħu wara esperjenzi ma’ Cerro, Nacional, Villareal, Atletico Madrid u l-istess Inter.

Share With: