Ebda żblokk fit-taħditiet bejn Gvern u MUT … tibqa’ topponi l-ftuħ tal-iskejjel l-ġimgħa d-dieħla

Minkejja li ssuktaw il-laqgħat bejn l-awtoritajiet tal-edukazzjoni u l-Unjin Maltija tal-Għalliema (MUT) baqa’ ma kien hemm ebda żblokk dwar il-ftuħ tas-sena skolastika li jmiss.

Waqt li l-Gvern qed jinsisti li l-iskejjel jistgħu jiftħu bil-protokolli kif imħabbra mill-awtoritajiet tas-saħħa, l-MUT mhux taqbel u għadha qed titlob li l-ftuħ jiġi pospost.

Iż-żewġ naħat ilhom diversi jiem jiltaqgħu biex jippruvaw jaslu fi ftehim u fuq l-aġenda kien hemm anke l-possibilità li l-lezzjonijiet jingħataw online għalkemm għad iridu jiġu iċċarati l-modi kif dan jista’ jsir.

Sadanittant, l-Unjin tal-Edukaturi Professjonisti (UPE) iddikjarat tilwima industrijali mal-Gvern wara li hija wkoll esprimiet it-tħassib għall-ammont preżenti ta’ każijiet tal-Covid19.

Hija tat struzzjonijiet lill-għalliema membri tagħha biex jekk ikun hemm xi ksur fil-protokolli jinfurmaw lill-kapijiet tal-iskejjel, joħorġu ‘l barra mill-klassi u jidħlu biss meta s-sitwazzjoni titranġa.

Share With: