Edinson Cavani ma’ Atletico Madrid?

Atletico Madrid għandhom l-objettiv li jiksbu lill-attakkant internazzjonali Urugwajan Edinson Cavani sabiex isaħħu l-attakk tagħhom. Dan il-player huwa aġent ħieles u għalhekk jista’ jingħaqad mal-Colchoneros b’xejn. Il-coach, Diego Simeone, jixtieq li jinkludi lil dan il-player fl-iskwadra tiegħu għall-istaġun li ġej.

Cavani m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni fil-qasam tal-football internazzjonali meta lagħab ma’ Danubio, Palermo, Napoli u Paris St Germain. Huwa skorja xejn inqas minn 259 goal f’438 partita. Hu lagħab ukoll 116-il partita mat-team nazzjonali Urugwajan u skorja 50 goal. 

Share With: