Edouard Mendy imminenti li jiffirma ma’ Chelsea

It-trasferiment tal-goalkeeper internazzjonali Senegaliż, Edouard Mendy, minn ma’ Rennes għal ma’ Chelsea huwa wieħed imminenti. Il-goalkeeper ta’ 28 sena jinsab ħerqan biex jibda din l-avventura l-ġdida fi Stamford Bridge bil-coach Frank Lampard jixtiequ ħafna fl-iskwadra għall-istaġun li ġej.

Jidher li matul dan tmiem il-ġimgħa jkun hemm l-aħħar formalitajiet ta’ dan il-kuntratt biex eventwalment ikun hemm it-testijiet mediċi fi klinika f’Londra.

Dan jista’ jkun il-ħames club ta’ Mendy fil-karriera tiegħu hekk kif diġá libes il-flokkijiet ta’ Cherbourg, Olympique Marseille, Reims u Rennes.

Mendy lagħab tmien darbiet mat-team nazzjonali Senegaliż.

Share With: