Edouard Mendy jingħaqad ma’ Chelsea

Il-goalkeeper internazzjonali mis-Senegal Edouard Mendy prattikament huwa plejer ta’ Chelsea hekk kif sarulu t-testijiet mediċi fi klinika f’Londra.

Il-goalkeeper ta’ 28 sena se jkun disponibbli għall-coach Frank Lampard fl-aħħar ta’ din il-ġimgħa bit-tama li jkun parti mill-iskwadra almenu 15-il ġurnata oħra għall-impenn li jmisshom Chelsea mill-Kampjonat Premier Ingliż kontra Southampton. Fil-fatt sar magħruf li Mendy irid jagħmel 15-il ġurnata ta’ iżolament qabel ma’ jingħaqad ma’ sħabu l-ġodda tat-team.

Mendy kien ilu ma’ Rennes staġun wieħed biss fejn lagħab 25 darba. Fil-passat lagħab ukoll ma’ Cherbourg u Reims.

Share With: