Eduardo Camavinga bejn PSG U Real Madrid?

Iċ-champions Franċiżi Paris St Germain jittamaw li jegħlbu l-isfida tal-Ispanjoli ta’ Real Madrid biex jakkwistaw lill-player ta’ nofs il-ground ta’ Rennes, Eduardo Camavinga. Il-player żagħżugħ ta’ 17-il sena spikka ferm fil-Ligue 1 Franċiża matul l-istaġun li għadda.

Kemm it-team minn Madrid kif ukoll dak minn Pariġi jixtiequ jiksbu s-servizzi tiegħu għax il-coaches Zinedine Zidane u Thomas Tuchel jaraw lil dan il-player bħala talent għall-futur. 

Jidher li issa hija kwistjoni ta’ min hu l-aqwa hekk kif iż-żewġ timijiet se jippruvaw joħorġu bl-aqwa offerta biex jattiraw lill-istess Camavinga. Huwa  lagħab 34 partita ma’ Rennes matul l-istaġun li għadda u skorja żewġ goals.

Share With: