Emiliano Martinez isellem lil Arsenal

Il-goalkeeper, Emiliano Martinez, sellem lil Arsenal f’video emozzjonanti li xeħet fuq is-sit soċjali ewlenin fejn ikkonferma t-trasferiment li se jkun qed iseħħ hekk kif se jingħaqad ma’ Aston Villa.

F’dan il-video huwa ried jirringrazzja lil kull min emmen fih u fisser dawn it-tmien snin bħala uniċi fil-karriera tiegħu. Minkejja kollox, f’dan iż-żmien huwa kien misluf lil diversi timijiet minħabba li sabha diffiċli jsib postu fl-ewwel 11 f’diversi okkażjonijiet. Fil-fatt huwa lagħab biss 15-il partita fi tmien snin.

Minkejja kollox, Martinez xorta ried irodd ħajr lid-diriġenti tal-club minn Londra. Riċentement huwa għen lit-team tiegħu jirbaħ żewġ unuri b’mod konsekuttiv meta l-ewwel rebaħ l-FA Cup (kontra Chelsea) imbagħad ftit tal-ġranet ilu kien fit-team li kiseb suċċess fil-Community Shield (kontra Liverpool).

Share With: