Erdogan jgħid li l-Lvant tal-Mediterran huwa t-test dwar is-sinċerità tal-Unjoni Ewropea

Il-President Tork Tayyip Erdogan qal lill-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel li l-pożizzjoni li se tkun qed tieħu dwar il-Lvant tal-Mediterran se jkun test dwar is-sinċerità tagħha.

It-tensjoni fir-reġjun bejn it-Turkija, il-Greċja u Ċipru dwar riżorsi naturali li jinsabu fil-Lvant tal-Mediterran, eskalaw speċjalment wara li l-Gvern tork bagħat capur ta’ riċerka li kien skortat minn bastimenti tal-marittima f’żona li dwarha hemm nuqqas ta’ qbil, u li tinsab bejn Ċipru u Kreta.

Intant Erdogan talab lill-Unjoni Ewropea biex tieħu pożizzjoni imparzjali fir-rigward u qal li kummenti u passi provokatorji minn politiċi Ewropej dwar kwistjonijiet reġjonali mhux se jkunu qed jgħinu biex tinstab soluzzjoni.

Intant nhar il-Ġimgħa li għadda Michel qal li mexxejja Ewropej qed jippjanaw li jadottaw approċċ iebes mat-Turkija f’summit li se jkun qed jiżvolġi aktar tard dan ix-xahar. Huwa ppropona konferenza multilaterali li l-għan tagħha huwa li tiffoka fuq il-fruntieri marittimi fil-Lvant tal-Mediterran.

Share With: