Erick Pulgar għal darb’oħra pożittiv għal Covid-19

Sar magħruf li l-midfielder difensiv ta’ Fiorentina, Erick Pulgar, ma jistax jibda t-taħriġ ta’ qabel l-istaġun mal-Viola minħabba li għadu qed jiġi misjub pożittiv għall-Covid-19.

Il-player internazzjonali miċ-Ċilí huwa wieħed miż-żewġ players li ttestjaw pożittiv fit-22 ta’ Awwissu li għadda proprju qabel ma l-iskwadra, immexxija mill-coach Giuseppe Iachini, bdiet il-pre-season għall-istaġun 2020-21.

Pulgar għamel swab test it-Tnejn filgħaxija u baqa’ jinstab pożittiv għall-coronavirus. Minkejja kollox, instab li Pulgar hu asintomatiku.

Sadanittant sar magħruf li l-player l-ieħor li wkoll instab pożittiv għal Fiorentina huwa Simone Ghidotti. 

Share With: