Espirito Santo jġedded ma’ Wolves
Sa fl-aħħar il-coach Portugiż, Nuno Espirito Santo, se jkun qed jiffirma kuntratt ta’ tliet snin ma’ Wolverhampton Wanderers. Espirito Santo impressjona ferm bil-metodi tattiċi tiegħu tant li tella’ lit-team tiegħu aktar ‘il fuq fil-klassifika.
Id-diriġenti ta’ Wolves evalwaw kull possibbiltá u ddeċidew li jafdaw lit-team tagħhom fit-tmexxija ta’ dan il-coach.
Espirito Santo għandu 46 sena u ilu jmexxi lil dan it-team sa minn Mejju 2017. L-istatistika tgħid li minn 157 partita, huwa rebaħ 81 partita, ġie draw f’40 okkażjoni filwaqt li tilef 36 partita.
Fil-passat hu kkowċja wkoll lil Rio Ave, Valencia u Porto.