Everton jaħdmu fuq players biex jitilqu mill-club

Wara li ħadu lil Abdoulaye Doucoure, James Rodriguez u Allan, Everton qed jaħsbu biex ineħħu xi players mill-iskwadra tagħhom u jinnegozjaw ma’  clubs oħra prospettivi biex jiksbu l-firma tagħhom.

Moise Kean, Alex Iwobi, Theo Walcott, Gylfi Sigurdsson, u Bernard huma l-players li l-coach Carlo Ancelotti indika li jistgħu jħallu Goodison Park minħabba li ma jinsabux fil-pjani tattiċi tiegħu.  

L-għan tat-Toffees huwa li issa jibbilanċjaw is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom billi jbiegħu lil dawn il-ħames players.

Everton bdew l-impenji tagħhom fil-Premier League Ingliż bl-aqwa mod wara rebħa ta’ 1-0 barra minn darhom kontra Tottenham Hotspur.

Share With: