Everton jistgħu jisfidaw għall-ewwel sitt postijiet tal-Premier League Ingliż?

Mistoqsija ċara u interessanti li qed tqajjem diskussjoni sħiħa fuq is-siti soċjali sportivi ewlenin hija din: Jistgħu Everton jkunu wieħed mill-aqwa timijiet tal-football Ingliż u jispiċċaw mal-ewwel sitta fil-Kampjonat Premier? 

Mistoqsija li ħafna wieġbu fl-affermattiv hekk kif il-coach Carlo Ancelotti qed jibni skwadra kompetittiva flimkien mad-diriġenti tat-Toffees wara staġun li kien fih it-tlugħ u l-inżul tiegħu. Huma għadhom kemm akkwistaw lil Allan mingħand Napoli kif ukoll lil James Rodriguez mingħand Real Madrid.

Il-partitarji ta’ Everton għandhom entużjażmu kbir hekk kif qed jaraw lit-team tagħhom ikompli jissaħħaħ filwaqt li jittamaw li jiksbu post fil-kompetizzjonijiet Ewropej.

Finalment Ancelotti faħħar l-isforzi li qed jagħmlu d-diriġenti tal-club sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet tiegħu.

Share With: