Emiliano Martinez jinteressa lil Aston Villa

Aston Villa huma lesti li jakkwistaw is-servizzi tal-goalkeeper ta’ Arsenal, Emiliano Martinez. Jidher li l-Gunners huma lesti li jħallu lil dan il-goalkeeper ta’ 28 sena jitlaq minħabba li l-coach, Mikel Arteta ,mhux qed jiggarantilu post fl-ewwel 11.

Martinez mela sew il-vojt li ħalla l-goalkeeper regolari Bernd Leno speċjalment wara li kompla l-kampjonat Ingliż wara waqfa minħabba l-Covid-19. L-istess Leno se jkun qed isib postu lura mal-bidu tal-istaġun il-ġdid.

Sadanittant it-team minn Londra qed jaraw b’interess il-progress tal-goalkeeper ta’ Brentford, David Raya. Dan tal-aħħar jista’ jsib postu bħala t-tieni goalkeeper.

Arsenal għaddejjin ġmielhom f’dan is-suq tat-trasferimenti tas-sajf fit-tentattiv li jsaħħu l-iskwadra tagħhom.

Share With: